contact us   |    advertising with us

TheWeddingSite.com - Malta's Largest Wedding Wesite!

Join our Mailing List

"Love is like a piece of art work, even the smallest bit can be so beautiful." - Stacie Cunningham

  

The Wedding Ceremony - A Step by Step Guide in Maltese - Part 1

A Step by Step Guide - Part 1

Author: Mario Scicluna (TheWeddingSite.com)

 

 

 IR-RIT TAL-BIDU

 

Celebrant:

Fl-Isem tal-Missier, ta' l-Iben, u ta' l-Ispirtu s-Santu.

 

Kulhadd:

Amen

 

Celebrant:

Il-grazzja ta' Sidna Gesu Kristu, l-imhabba t'Alla, u l-ghaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun maghkom ilkoll.

 

Kulhadd:

U mieghek ukoll.

 

Celebrant:

Glorja 'l Alla fil-gholi tas-smewwiet...

 

Kulhadd:

U paci fl-art lill-bnedmin ta' rieda tajba.  Infahhruk, inberkuk, nadurawk, naghtuk gieh, inroddulek hajr, ghall-glorja kbira tieghek, Mulej Alla, Sultan tas-sema, Alla Missier li tista' kollox.  Mulej Iben wahdieni, Gesu Kristu, Mulej Alla, Haruf t'Alla, Bin il-Missier, Inti li tnehhi d-dnubiet tad-dinja, henn ghalina; Inti li tnehhi d-dnubiet tad-dinja, ilqa' t-talb taghna; Inti li qieghed fuq il-lemin tal-Missier, henn ghalina.  Ghaliex Int wahdek qaddis, Int wahdek Mulej, Int wahdek il-gholi, Gesu Kristu, ma' l-Ispirtu s-Santu; fil-glorja tal- Missier Alla. Amen

 

 

KOLLETTA

 

Celebrant:

O Alla li tista' kollox, aghmel li niccelebraw b'herqa kbira dawn il-granet ta' ferh li fihom qeghdin naghtu gieh lill-Mulej li qam mill-imwiet, u aghtina li l-istess ghemil taghna ikun xiehda tal-grajja li qeghdin infakkru.

B'ibnek Gesu Kristu Sidna, li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan flimkien ma' l-Ispirtu s-Santu, ghal dejjem ta' dejjem.

 

Kulhadd:

Amen

 

L-EWWEL QARI

............

 

SALM RESPONSORJALI

............

 

IT-TIENI QARI

............

 

HALLELUJAH

............

 

L-EVANGELJU

............

 

 

IC-CELEBRAZZJONI TAZ-ZWIEG

 

Celebrant:

Inqumu bil-wieqfa

 

Gheziez huti, intom gejtu fit-tempju ta’ Alla biex il-Mulej iwettaq imhabbitkom b’sigill qaddis quddiem il-ministru ta’ Alla u l-gemgha tal-Knisja, Fuq din l-imhabba Kristu jsawwab kotra ta’ barka, u lill-insara, li huwa kkunsagrahom bil-maghmudija mqaddsa, jghnihom u jqawwihom b’sagrament specjali biex izommu ruhhom dejjem fidili lejn xulxin, u biex jilqghu d-dmiritijiet l-ohra taz-zwieg. Ghalhekk quddiem il-Knisja, se nghamlilkom dawn il-mistoqsijiet dwar ir-rieda taghkom.

 

Toni (isem l-gharus) u Maria (isem l-gharusa) gejtu intom hawn min rajkom, ghax ridtu u bla ma knotu mgeghlin, biex tintrabtu flimkien fiz-zwieg?

 

 

Gharajjes flimkien:

Iva gejna min rajna, minghajr hadd ma geghelna.

 

 

Celebrant:

Intom lesti li tibqghu miexja f’din it-triq taz-zwieg, u thobbu u tirrispettaw lil xulxin tul hajjitkom kollha?

 

 

Gharajjes flimkien:

Iva, lesti li nhobbu u nirrispettaw lil xulxin tul hajjitna kollha.

 

 

Celebrant:

Intom lesti tilqghu bl-imhabba ‘l-ulied li Alla joghgbu jibghatilkom, u trabbuhom skond il-ligi ta’ Kristu u tal-Knisja tieghu?

 

 

Gharajjes flimkien:

Iva, lesti nilqghu minghand Alla ‘l-ulied li joghgbu jibghatilna, u nrabbuhom skond il-ligi ta’ Kristu tieghu.

 

 

Il-KUNSENS

 

Celebrant:

Mela la darba ghandkom il-fehma li tidhlu ghar-rabta taz-zwieg, zommu idkom il-leminija f’ta’ xulxin, u fissru l-kunsens taghkom quddiem Alla u l-Knisja tieghu.

 

Toni:

Jiena Toni, niehu lilek, Maria, b’marti u nwieghdek li nzomm ruhi fidil lejk, fir-rizq tajjeb u l-hazin, fil-mard u fis-sahha, u li nhobbok u nirrispettak tul hajti kollha.

 

Maria:

Jiena Maria, niehu lilek, Toni, b’zewgi u nwieghdek li nzomm ruhi fidila lejk, fir- rizq tajjeb u l-hazin, fil-mard u fis-sahha, u li nhobbok u nirrispettak tul hajti kollha.

 

Celebrant:

Iwettaq il-Mulej fi tjubitu dan il-kunsens li ghadkom kemm fissirtu quddiem il-Knisja, u jimliekom bil-barka tieghu.  Dak li ghaqqad Alla, ma ghandux jifirdu l-bniedem.

 

Celebrant:

Imbierku ‘l-Mulej.

 

Kulhadd:

Inroddu hajr lil Alla.

 

 

IT-TBERIK U L-GHOTI TAC-CRIEKET

 

Celebrant:

Ibierek il-Mulej dawn ic-crieket li intom sejrin taghtu lil xulxin bhala sinjal ta’ l-imhabba u l-fedelta taghkom.

 

Toni:

Maria hu dan ic-curkett bhala sinjal ta’ mhabbti u tal-fedelta tieghi lejk.  Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

 

Maria:

Toni hu dan ic-curkett bhalla sinjal ta’ mhabbti u tal-fedelta tieghi lejk.  Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

 

Celebrant:

Huti gheziez, wara li assistejna ghall-kunsens li taw lil xulxin, Maria u Toni, nitolbu lill-Mulej biex mil-lum 'il quddiem ikompli jassistihom u jqaddishom bil-grazzja tieghu.  Nitolbuh ghalhekk jisma dawn it-talbiet taghna.

 

 

IT-TALB TAL-FIDILI

............

 

 

Click here for Part 2

 

 

  No title

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Random Quote:

 

"Love is more than a feeling; its a state of mind." - Lisa Grude

 

 

 

 

 

Back to previous page

Print this page

Send this page to your friendsCounter

Back

More Planning Tips

Home

Print Page

Send to a Friend

 

 

What couples are saying about TheWeddingSite.com...

  "Thanks for you helpful tips. Such a site is very good, organised and includes all details!" - Alison (Malta)

Give us your comments              Read more comments

Home    |    Planning Tips    |    Local Vendors    |    Classified    |    Forthcoming Weddings    |    Photo Album

Love Stories    |    Competitions    |    Bridal Forum    |    RemindME    |    Guestbook    |    Wallpapers

Subscribe    |    Unsubscribe    |    Site Map    |    Advertising Info    |    Contact Us

© 2002 - 2008 TheWeddingSite.com    |   Disclaimer   |   Site Map  |