contact us   |    advertising with us

TheWeddingSite.com - Malta's Largest Wedding Wesite!

Join our Mailing List

"It is not how much we do, but how much love we put in the doing." - Mother Teresa

 

  

 

Bernice Vella and Christopher Gatt

Engagement date: 27th January 2002

Wedding date: 27th January 2003

 

Il-Gaggeg tal-Wirja

 

 

Jiena Bernice u l-gharus tieghi Christopher qatt ma konna nafu lil xulxin.  Il-genituri taghna kienu hbieb anke jien kont nafhom u kont naf lil ohtu wkoll.  Lilu biss ma kontx naf. 

 

Iz-zewg familji dilettanti tat-trobbija ta' l-ghasafar u jtellghu dawn l-ghasafar ghall- wiri.  Darba minnhom Christopher nizel fill-hanut ta missieri biex inizzel l-gaggeg tal-wiri ghaliex kienet waslet wirja ohra.  Waqt li kien qieghed il-hanut jien nzilt u ma tajtx kas min kien hemm.  Hu hemm rani l-ewwel darba.

 

Matul dik il-gimgha ommi saret taf li huwa kellu grazzja ma xi wahda mit-tfal taghha u biex taxxaqha ahna qeghdin 4 bniet!!!!!

 

Sakemm waslet din il-wirja ommi thabbel mohha ma min huwa kellu grazzja. 

 

Din l-wirja waslet u jiena mort mal-genituri tieghi.  Hemm iltqajna m' omm u missier Christopher.  Meta rajtu l-ewwel darba ma kienx ghogobni ghaliex dak iz-zmien kelli ghajnejja fuq haddiehor.  L-wirja ghaddiet u gew biex jirritornaw il-gaggeg.

 

Christopher cempel id-dar biex ikellem lil ommi bl-iskuza ghall-gaggeg.  Meta cempel staqsa ghan-numri tal-mobiles taghna kollha biex ma jaghtix hjiel lil min kellu f'mohhu.  Hija ma ridietx taghtihomlu u ma kienetx tafhom lanqas u tathu l-email address taghna. Kumbinazzjoni l-gimgha ta qabel kont dahhalt l-internet.

 

Wara xi jumejn baghat din l-imbierka email u hemm indika ma min kellu grazzja...kont jiena.   Hrigna flimkien u morna niehdu pizza mal-familja tieghi ghaliex bdejt nhossni mbarazzata minnu.

 

Qabel ma tlaqna staqsieni jekk nixtieqx immur mieghu nara loghoba futbol Ta' Qali. Jiena accettajt ghaliex joghgobni l-futbol.

 

Il-gurnata ghaddiet u wasal filghaxija.  Ma bdejtx nhossni komda mieghu u ghidtlu li jiena kont iffisata fuq haddiehor.

 

Huwa fehemni u accetta dan l-fatt.  X'hin bdejna nitkellmu bdejt ninduna kemm kien aktar dhuli mill-iehor li kien joghgobni.

 

Qatt naqra kwieta u iddecidejt li nghidlu iva biex inkompli r-relazzjoni mieghu.  Hassejt li nehhejt balla minn fuq l-istonku ghaliex kont sinciera mieghu mill-ewwel.

 

Minn hemm bdiet din l-istorja li is-sena id-diehla ha tghaqaddna fis-sagrament taz-zwieg ghall-hajja mill-aktar hienja flimkien.

 

 

Tell us your story...Click here

 

 

Back to previous page

Print this page

Send this page to your friendsCounter

Back

Home

Print Page

Send to a Friend

 

 

What couples are saying about TheWeddingSite.com...

  "Wow...what an excellent site!! Thanks for the great tips & keep it up." - Pamela (Malta)

Give us your comments              Read more comments

Home    |    Planning Tips    |    Local Vendors    |    Classified    |    Forthcoming Weddings    |    Photo Album

Love Stories    |    Competitions    |    Bridal Forum    |    RemindME    |    Guestbook    |    Wallpapers

Subscribe    |   Site Map    |    Advertising Info    |    Contact Us

© 2002 - 2008 TheWeddingSite.com    |   Disclaimer   |   Site Map  |