This is a step by step guide to a typical wedding mass celebration in the Maltese language.
IR-RIT TAL-BIDU
Celebrant: Fl-Isem tal-Missier, ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Kulhadd: Amen
Celebrant: Il-grazzja ta’ Sidna Gesu Kristu, l-imhabba t’Alla, u l-ghaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun maghkom ilkoll.
Kulhadd: U mieghek ukoll.
Celebrant: Glorja ‘l Alla fil-gholi tas-smewwiet…
Kulhadd: U paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Infahhruk, inberkuk, nadurawk, naghtuk gieh, inroddulek hajr, ghall-glorja kbira tieghek, Mulej Alla, Sultan tas-sema, Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben wahdieni, Gesu Kristu, Mulej Alla, Haruf t’Alla, Bin il-Missier, Inti li tnehhi d-dnubiet tad-dinja, henn ghalina; Inti li tnehhi d-dnubiet tad-dinja, ilqa’ t-talb taghna; Inti li qieghed fuq il-lemin tal-Missier, henn ghalina. Ghaliex Int wahdek qaddis, Int wahdek Mulej, Int wahdek il-gholi, Gesu Kristu, ma’ l-Ispirtu s-Santu; fil-glorja tal- Missier Alla. Amen
KOLLETTA
Celebrant: O Alla li tista’ kollox, aghmel li niccelebraw b’herqa kbira dawn il-granet ta’ ferh li fihom qeghdin naghtu gieh lill-Mulej li qam mill-imwiet, u aghtina li l-istess ghemil taghna ikun xiehda tal-grajja li qeghdin infakkru.
B’ibnek Gesu Kristu Sidna, li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, ghal dejjem ta’ dejjem.
Kulhadd: Amen
L-EWWEL QARI
…………
SALM RESPONSORJALI
…………
IT-TIENI QARI
…………
HALLELUJAH
…………
L-EVANGELJU
…………
IC-CELEBRAZZJONI TAZ-ZWIEG
Celebrant: Inqumu bil-wieqfa
Gheziez huti, intom gejtu fit-tempju ta’ Alla biex il-Mulej iwettaq imhabbitkom b’sigill qaddis quddiem il-ministru ta’ Alla u l-gemgha tal-Knisja, Fuq din l-imhabba Kristu jsawwab kotra ta’ barka, u lill-insara, li huwa kkunsagrahom bil-maghmudija mqaddsa, jghnihom u jqawwihom b’sagrament specjali biex izommu ruhhom dejjem fidili lejn xulxin, u biex jilqghu d-dmiritijiet l-ohra taz-zwieg. Ghalhekk quddiem il-Knisja, se nghamlilkom dawn il-mistoqsijiet dwar ir-rieda taghkom.
Toni (isem l-gharus) u Maria (isem l-gharusa) gejtu intom hawn min rajkom, ghax ridtu u bla ma kontu mgeghlin, biex tintrabtu flimkien fiz-zwieg?
Gharajjes flimkien: Iva gejna min rajna, minghajr hadd ma geghelna.
Celebrant: Intom lesti li tibqghu miexja f’din it-triq taz-zwieg, u thobbu u tirrispettaw lil xulxin tul hajjitkom kollha?
Gharajjes flimkien: Iva, lesti li nhobbu u nirrispettaw lil xulxin tul hajjitna kollha.
Celebrant: Intom lesti tilqghu bl-imhabba ‘l-ulied li Alla joghgbu jibghatilkom, u trabbuhom skond il-ligi ta’ Kristu u tal-Knisja tieghu?
Gharajjes flimkien: Iva, lesti nilqghu minghand Alla ‘l-ulied li joghgbu jibghatilna, u nrabbuhom skond il-ligi ta’ Kristu tieghu.
Il-KUNSENS
Celebrant: Mela la darba ghandkom il-fehma li tidhlu ghar-rabta taz-zwieg, zommu idkom il-leminija f’ta’ xulxin, u fissru l-kunsens taghkom quddiem Alla u l-Knisja tieghu.
Toni: Jiena Toni, niehu lilek, Maria, b’marti u nwieghdek li nzomm ruhi fidil lejk, fir-rizq tajjeb u l-hazin, fil-mard u fis-sahha, u li nhobbok u nirrispettak tul hajti kollha.
Maria: Jiena Maria, niehu lilek, Toni, b’zewgi u nwieghdek li nzomm ruhi fidila lejk, fir- rizq tajjeb u l-hazin, fil-mard u fis-sahha, u li nhobbok u nirrispettak tul hajti kollha.
Celebrant: Iwettaq il-Mulej fi tjubitu dan il-kunsens li ghadkom kemm fissirtu quddiem il-Knisja, u jimliekom bil-barka tieghu. Dak li ghaqqad Alla, ma ghandux jifirdu l-bniedem.
Celebrant: Imbierku ‘l-Mulej.
Kulhadd: Inroddu hajr lil Alla.
IT-TBERIK U L-GHOTI TAC-CRIEKET
Celebrant: Ibierek il-Mulej dawn ic-crieket li intom sejrin taghtu lil xulxin bhala sinjal ta’ l-imhabba u l-fedelta taghkom.
Gharus: Maria hu dan ic-curkett bhala sinjal ta’ mhabbti u tal-fedelta tieghi lejk. Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Gharusa: Toni hu dan ic-curkett bhalla sinjal ta’ mhabbti u tal-fedelta tieghi lejk. Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.
Celebrant: Huti gheziez, wara li assistejna ghall-kunsens li taw lil xulxin, Maria u Toni, nitolbu lill-Mulej biex mil-lum ‘il quddiem ikompli jassistihom u jqaddishom bil-grazzja tieghu. Nitolbuh ghalhekk jisma dawn it-talbiet taghna.
IT-TALB TAL-FIDILI
…………
Continue to Part Two >