Wedding Planning Articles

The Wedding Mass in Maltese (Pt.1)

Published by TheWeddingSite.com - All about getting married in Malta

wedding_mass_part1

This is a step by step guide to a typical wedding mass celebration in the Maltese language. 

IR-RIT TAL-BIDU

Celebrant: Fl-Isem tal-Missier, ta’ l-Iben, u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Kulhadd: Amen

Celebrant: Il-grazzja ta’ Sidna Gesu Kristu, l-imhabba t’Alla, u l-ghaqda fl-Ispirtu s-Santu tkun maghkom ilkoll.

Kulhadd: U mieghek ukoll.

Celebrant: Glorja ‘l Alla fil-gholi tas-smewwiet…

Kulhadd: U paci fl-art lill-bnedmin ta’ rieda tajba. Infahhruk, inberkuk, nadurawk, naghtuk gieh, inroddulek hajr, ghall-glorja kbira tieghek, Mulej Alla, Sultan tas-sema, Alla Missier li tista’ kollox. Mulej Iben wahdieni, Gesu Kristu, Mulej Alla, Haruf t’Alla, Bin il-Missier, Inti li tnehhi d-dnubiet tad-dinja, henn ghalina; Inti li tnehhi d-dnubiet tad-dinja, ilqa’ t-talb taghna; Inti li qieghed fuq il-lemin tal-Missier, henn ghalina. Ghaliex Int wahdek qaddis, Int wahdek Mulej, Int wahdek il-gholi, Gesu Kristu, ma’ l-Ispirtu s-Santu; fil-glorja tal- Missier Alla. Amen

KOLLETTA

Celebrant: O Alla li tista’ kollox, aghmel li niccelebraw b’herqa kbira dawn il-granet ta’ ferh li fihom qeghdin naghtu gieh lill-Mulej li qam mill-imwiet, u aghtina li l-istess ghemil taghna ikun xiehda tal-grajja li qeghdin infakkru.
B’ibnek Gesu Kristu Sidna, li hu Alla u mieghek ighix u jsaltan flimkien ma’ l-Ispirtu s-Santu, ghal dejjem ta’ dejjem.

Kulhadd: Amen


L-EWWEL QARI

…………

SALM RESPONSORJALI
…………

IT-TIENI QARI
…………

HALLELUJAH
…………

L-EVANGELJU
…………

IC-CELEBRAZZJONI TAZ-ZWIEG

Celebrant: Inqumu bil-wieqfa

Gheziez huti, intom gejtu fit-tempju ta’ Alla biex il-Mulej iwettaq imhabbitkom b’sigill qaddis quddiem il-ministru ta’ Alla u l-gemgha tal-Knisja, Fuq din l-imhabba Kristu jsawwab kotra ta’ barka, u lill-insara, li huwa kkunsagrahom bil-maghmudija mqaddsa, jghnihom u jqawwihom b’sagrament specjali biex izommu ruhhom dejjem fidili lejn xulxin, u biex jilqghu d-dmiritijiet l-ohra taz-zwieg. Ghalhekk quddiem il-Knisja, se nghamlilkom dawn il-mistoqsijiet dwar ir-rieda taghkom.

Toni (isem l-gharus) u Maria (isem l-gharusa) gejtu intom hawn min rajkom, ghax ridtu u bla ma kontu mgeghlin, biex tintrabtu flimkien fiz-zwieg?

Gharajjes flimkien: Iva gejna min rajna, minghajr hadd ma geghelna.

Celebrant: Intom lesti li tibqghu miexja f’din it-triq taz-zwieg, u thobbu u tirrispettaw lil xulxin tul hajjitkom kollha?

Gharajjes flimkien: Iva, lesti li nhobbu u nirrispettaw lil xulxin tul hajjitna kollha.

Celebrant: Intom lesti tilqghu bl-imhabba ‘l-ulied li Alla joghgbu jibghatilkom, u trabbuhom skond il-ligi ta’ Kristu u tal-Knisja tieghu?

Gharajjes flimkien: Iva, lesti nilqghu minghand Alla ‘l-ulied li joghgbu jibghatilna, u nrabbuhom skond il-ligi ta’ Kristu tieghu.


Il-KUNSENS

Celebrant: Mela la darba ghandkom il-fehma li tidhlu ghar-rabta taz-zwieg, zommu idkom il-leminija f’ta’ xulxin, u fissru l-kunsens taghkom quddiem Alla u l-Knisja tieghu.

Toni: Jiena Toni, niehu lilek, Maria, b’marti u nwieghdek li nzomm ruhi fidil lejk, fir-rizq tajjeb u l-hazin, fil-mard u fis-sahha, u li nhobbok u nirrispettak tul hajti kollha.

Maria: Jiena Maria, niehu lilek, Toni, b’zewgi u nwieghdek li nzomm ruhi fidila lejk, fir- rizq tajjeb u l-hazin, fil-mard u fis-sahha, u li nhobbok u nirrispettak tul hajti kollha.

Celebrant: Iwettaq il-Mulej fi tjubitu dan il-kunsens li ghadkom kemm fissirtu quddiem il-Knisja, u jimliekom bil-barka tieghu. Dak li ghaqqad Alla, ma ghandux jifirdu l-bniedem.

Celebrant: Imbierku ‘l-Mulej.

Kulhadd: Inroddu hajr lil Alla.


IT-TBERIK U L-GHOTI TAC-CRIEKET

Celebrant: Ibierek il-Mulej dawn ic-crieket li intom sejrin taghtu lil xulxin bhala sinjal ta’ l-imhabba u l-fedelta taghkom.

Gharus: Maria hu dan ic-curkett bhala sinjal ta’ mhabbti u tal-fedelta tieghi lejk. Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Gharusa: Toni hu dan ic-curkett bhalla sinjal ta’ mhabbti u tal-fedelta tieghi lejk. Fl-isem tal-Missier, u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu.

Celebrant: Huti gheziez, wara li assistejna ghall-kunsens li taw lil xulxin, Maria u Toni, nitolbu lill-Mulej biex mil-lum ‘il quddiem ikompli jassistihom u jqaddishom bil-grazzja tieghu. Nitolbuh ghalhekk jisma dawn it-talbiet taghna.


IT-TALB TAL-FIDILI

…………

Continue to Part Two >


Related articles:


See all Wedding Planning Articles >>



Disclaimer: Whilst every effort has been made to ensure the correctness of this information, TheWeddingSite.com cannot be held responsible for an ommisions or incorrectness in the information provided. When in doubt please consult a professional in the field.